Aġġornata
Sfortunatament l-anzjana li lbieraħ sabet diffikultajiet meta kienet qed tgħum l-Għadira, mietet wara li ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-awtopsja mistennija ssir illum filwaqt li dwar il-każ qed issir inkjesta Maġisterjali.
Aktar kmieni…
Anzjana ta’ 79 sena kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li sabet ruħha f’diffikultajiet meta kienet qed tgħum fil-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:20 ta’ filgħaxija meta l-anzjana bdiet tegħreq x’aktarx minħabba problema medika.
L-anzjana ingħatat l-ewwel għajnuna u ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn qed tingħata iktar kura.
//= $special ?>
