Il-prosekuturi Franċiżi qed jemmnu ‘b’ċertezza’ li l-parti mill-ġewnaħ tal-ajruplan li nstabet, f’Lulju, fuq il-Gżira ta’ Reunion ġejja mit-Titjira MH370 tal-Malaysia Airlines.
L-aħbar ingħatat ftit tal-ħin ilu, u wara li l-parti magħrufa bħala flaperon kienet eżaminata fi Franza mill-esperti tal-avjazzjoni internazzjonali. Intant, il-Gvern tal-Malasja, qabel, kien esprima t-twemmin li l-flaperon kien tassew parti ‘mill-MH370’ – bl-awtoritajiet Franċiżi jkomplu bit-tfittxija ‘għal aktar partijiet tal-ajruplan’ f’Reunion u l-madwar.
L-ajruplan tal-Malaysia Airlines kien qed iġorr 239 persuna meta ħareġ mir-rotta waqt titjira minn Kuala Lumpur lejn Beijing, fiċ-Ċina. Il-każ imur lura għal Marzu tal-2014 u l-ajruplan baqa’ ma deherx aktar.
//= $special ?>