Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu:
In-Nazzjon b’ritratti tal-kriżi tal-migrazzjoni u rapport dwar dettalji minn Konferenza tal-Aħbarijiet li għamlet l-Oppożizzjoni dwar il-garanzija ta’ €360 miljun, garanzija deskritta bħala ‘diskriminatorja mal-komunità kummerċjali’.
Times of Malta b’rapport dwar vittma ta’ frodi fejn barranin użaw indirizzi ta’ Maltin bħala residenzi tagħhom. Rapport ieħor dwar kif hemm madwar 100 persuna fix-xahar li qed jiġu impjegati mal-Gvern Laburista.
The Malta Independent b’rapport dwar kif ma kien hemm l-ebda sejħa biex titwaqqaf ‘Neighborhood Watch’ wara laqgħa li r-residenti f’Tas-Sliema kellhom mill-Pulizija hekk kif żdied l-ammont ta’ serq f’din iz-zona.
L-Orizzont b’rapport dwar ċifri li ngħataw mill-Gvern ilbieraħ f’Konferenza tal-Aħbarijiet dwar l-impjiegi. Rapport ieħor dwar iż-żjara li qed tagħmel il-media Maltija fl-Isvezja fejn qed jiġu manifatturati t-turbini għall-powerstation tal-gass.
//= $special ?>
