Il-Prim Ministru tal-Ungerija mistenni jiltaqa’ mal-mexxejja tal-Ewropa fi Brussell għal taħdidiet dwar il-kriżi tal-migrazzjoni, hekk kif għad hemm eluf ta’ migranti maqbuda fl-istazzjon tal-ferrovija ewlieni f’Budapest.
Dan hekk kif sa’ minn nhar it-Tlieta li għadda, il-migranti kienu miċħuda aċċess għal fuq dawn il-ferroviji biex jitilqu mill-Ungerija, fl-istess waqt li l-Unjoni Ewropea qed tipprova ssib soluzzjoni għall-kriżi.
Ħafna mill-migranti għandhom il-biljetti tal-ferrovija, madanakollu l-Ungerija qed tgħid li hi qed tħares ir-regoli Ewropej.
S’issa, il-Ġermanja, l-Italja u Franza kollha appellaw għal distribuzzjoni ġusta tar-refuġjati.
//= $special ?>