Lokali

Malti ieħor arrestat fil-Libja b’akkużi ta’ kutrabandu ta’ fuel

Fis-sigħat li għaddew, Malti ieħor safa arrestat fil-Libja b’akkużi ta’ kutrabandu ta’ fuel ‘il barra mill-kosta Libjana.

Jirriżulta li l-fuel kien interċettat għall-ħabta tal-4am ta’ dalgħodu qrib il-kosta ta’ Zuwara abbord it-tanker Santa Cruz minn membri tal-Gwardja tal-Kosta Libjana.

Il-Malti kien ma’ erba’ Eġizzjani oħra, li allegatament ippruvaw joħorġu b’kutrabandu aktar minn 1,000 litru ta’ fuel. Rapporti qed jgħidu li mal-arrest tagħhom, il-Malti u l-Eġizzjani ttieħdu lejn Misurata.

Dan hu t-tielet Malti li fl-aħħar jiem kien arrestat fil-Libja. Filwaqt li fl-ewwel każ, Carmelo Grech kien arrestat wara li nstab li kellu Passaport Libjan mhux rikonoxxut u aktar minn 300,000 ewro fil-pussess tiegħu, it-tieni Malti kien arrestat il-ġimgħa li għaddiet b’akkużi wkoll ta’ kutrabandu ta’ fuel.

(Ritratt: il-Port ta’ Misurata, mill-Arkivji)