Mill-bidu tas-sena ’l hawn, hemm kważi 30,000 persuna fl-Ewropa li huma suspettati b’sehem fit-traffikar tal-bnedmin.
Rob Wainwright, il-Kap tal-Europol, sostna li l-2015 rat 1,400 każ ġdid ta’ traffikar tan-nies u li f’dawn il-każi kienu identifikati kważi 30,000 traffikant suspettat fid-diversi livelli tar-reat u f’livelli varji ta’ entitajiet kriminali.
Hawnhekk jeżisti element komuni li jinvolvi l-ivvjaġġar bejn il-fruntieri u jidher l-involviment ta’ mill-inqas żewġ pajjiżi. L-elementi jirrelataw ukoll ma’ diversi pajjiżi fuq skala differenti.
Wainwright jemmen li jekk l-awtoritajiet jirreaġixxu b’mod effettiv fil-konfront ta’ dawn il-każi, jistgħu jgħinu biex itaffu l-pressjoni kbira li qamet mis-sitwazzjoni.
Ir-Renju Unit jinsab taħt pressjoni biex jaċċetta aktar refuġjati, fi żmien meta aktar eluf ta’ immigranti qed jaslu fil-pajjiżi tal-Mediterran u l-Balkani bl-iskop li jivvjaġġaw lejn stati oħra tal-UE, fosthom il-Ġermanja.
Intant, Wainwright qal li l-attività kriminali laħqet livell għoli ħafna, bil-gruppi involuti jippruvaw jisfruttaw lin-nies li qed jaħarbu mil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq. Dawn il-kriminali qed jużaw aktar il-media soċjali biex jispeċifikaw ‘il-vittmi’.
L-Aġenzija Europol, sadanittant, waqqfet entità speċjali fi Sqallija bil-ħsieb li tiġbor aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traffikar tan-nies fil-Mediterran.
Mat-30,000 persuna huma involuti fit-traffikar tan-nies
