In-Nazzjon f’waħda mill-istejjer prinċipali tagħha titkellem dwar l-isfreġju ambjentali f’sit Natura 2000 f’Għawdex u tgħid li l-Kummissjoni Ewropea se tiġbed l-attenzjoni tal-Gvern Malti. Storja oħra tgħid li l-Gvern għandu jraħħas il-fuels bla dewmien, tgħid li l-Assoċjazzjoni tal-Konsumatur ukoll tiġbed l-attenzjoni dwar dan. Insibu wkoll li l-eks teżorier tal-Partit Laburista tpoġġa taħt att ta’ akkuża.
The Malta Independent tirrapporta bi priorità l-għarqa tat-tfajjel fil-kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa u tgħid li lkoll missna nistħu. Storja oħra titkellem dwar ir-riżenja ta’ Peter Paul Zammit minn Kap tas-Sigurtà ta’ avvenimenti Internazzjonali.
The Times of Malta tirrapporta l-konferenza tal-aħbarijiet li l-Prim Ministru Malti u dak Taljan taw fl-Italja… tgħid li ż-żewġ mexxejja ħeġġew għal soluzzjoni Ewropea fil-kriżi tal-Immigrazzjoni. Storja oħra tgħid li uffiċjal Malti fl-Unjoni Ewropea qed ikun investigat wara li attakka kollegga tiegħu u uża wkoll kliem anti-semita.
L-Orizzont ukoll b’ritratt kbir tat-tfajjel mgħarraq fit-Turkija u tgħid li dawn huma xeni xokkanti u ta’ qsim il-qalb. Tirrapporta wkoll li l-PN għandu membru ġdid fil-Kummissjoni Elettorali.
//= $special ?>