Festi Kultura Lokali

Filmat: Resqin lejn tmiem l-istaġun

Ix-xahar ta’ Settembru beda u dan ifisser li l-istaġun tal-festa beda riesaq lejn tmiemu imma għaż-Żrieraq ta’ Santa Katerina, dan tmiem il-ġimgħa hu wieħed speċjali hekk kif qed jiċċelebraw il-festa tal-Patruna.

Għad-dilettanti tan-nar ta’ din il-festa, is-sajf bil-kontra ta’ dilettanti oħra li forsi jistrieħu ftit wara l-festa tagħhom u għalhekk igawdu s-sajf, għalihom is-sajf jibda minn l-għada tal-festa.

Ma jonqosx li għal lejlet il-festa qed thejja programm shih ta’ nar insibu nar tradizzjonali imma wkoll nar sinkronizzat mal-muzika.

Ix-xoghol fl-għelieqi ma jaqta xejn u t-temp sħun li qed jagħmel xejn ma jagħmilha faċli għal dawn il-ħaddiema imma d-determinazzjoni biex il-pubbliku igawdi spettaklu f’gieh il-patruna izommhom għaddejin bla waqfien.