Okkazjoni mhux tas-soltu għall-pazjenti u qrabathom li l-Ġimgħa wara nofsinhar kienu l-Isptar Mater Dei.
Dan hekk kif il-fizjoterapisti ngħaqdu flimkien biex permezz ta’ żfin u numru ta’ attivitajiet iferrħu lil dawk li sfortunatament kellhom bżonn l-isptar.
Minn numru ta’ wards sal-entratura prinċipali tal-Isptar Mater Dei, dawn il-fiżjoterapisti, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ użaw ukoll numru ta’ oġġetti, bħal blalen, li jgħinuhom fix-xogħol ta’ kuljum.
Il-World Physical Therapy Day tigi ċċelebrata fit-8 ta’ Settembru u hi opportunita’ biex il-fiżjo terapisti minn madwar id-dinja jqajmu għarfien dwar il-kontribuzzjoni kruċjali ta’ xogħolhom biex jgħinu lill-pazjenti jgħixu ħajja aħjar, b’iktar mobilta’ u indipendenza.
Din hi l-aħħar minn sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-fizjoterapisti Maltin fl-aħħar xhur hekk kif dawn qed jagħżlu li jkunu proattivi u jressqu ħidmiethom eqreb lejn in-nies.
//= $special ?>

