Il-plejers tat-tim nazzjonali Malti li lbieraħ kienu parti mill-iskwadra kontra l-Italja, spiċċaw fuq Sky Sports wara li biċ-ċajt taw sensiela ta’ daqqiet ta’ ħarta lil seħibhom, id-difensur ta’ Birkirkara Joseph Zerafa.
Dan l-episodju qajjem kurżita’ fost ħafna, inkluż fix-xena internazzjonali, li staqsew għaliex Joseph Zerafa spiċċa mdawwar minn sħabu li biċ-ċajt qabdu jtuh.
Għalhekk tkellimna mal-istess Joseph Zerafa li spjega li hi tradizzjoni bejn il-plejers Maltin li kif wieħed jieħu żewġ żbalji waqt li jkunu qed jilgħabu bil-ballun, hu jaqla’ daqqiet ta’ ħarta biċ-ċajt.
“Meta tiġi tagħhom intihom daqqa bis-saħħa s-soltu, allura lbieraħ ftehmu, daruni biex niżbalja jien u kif żbaljajt daruni kollha jtuni daqqa wara l-oħra,” spjega Zerafa meta kkuntattjat minn dan is-sit.
//= $special ?>