Ir-Raġel ta’ 61 sena minn Ħal Qormi li dalgħodu għall-ħabta tas-7a.m. fi Triq it-Tin, Ħal Qormi waqa’ minn żewġ sulari għoli tilef il-battalja mal-mewt illum waranofsinhar.
Minn stħarriġ preliminari li għamlu dalgħodu l-pulizija rriżulta li l-vittma kien qed jagħmel xi xogħolijiet fuq il-faċċata tar-residenza tiegħu meta huwa waqa’.
Hu ttieħed minnufih fl-Isptar Mater Dei fejn kien ġie iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika. Il-pulizija tad-Distrett għadha qed tinvestiga.
//= $special ?>

