Internazzjonali

Żjara mhux mistennija tal-Papa

epa04912111 Pope Francis (C) is cheered by crowds after shopping for new glasses at an optician in central Rome, Italy, 03 September 2015. The pontiff was observed by large crowds shopping for new glasses himself instead of having them delivered to the Vatican in the usual way. EPA/ANSA BEST QUALITY AVAILABLE

Il-Papa Franġisku hekk kif mar jixtri nuċċali ġdid minn ħanut fil-qalba ta’ Ruma. Il-Papa mar personalment jixtri nuċċali minflok għamel bħalma kien isir fil-passat u dan jitwassal il-Vatikan. Hu mar f’ħanut f’Via del Babuino li jinsab qrib Piazza del Popolo. Il-Papa qal lil sid il-ħanut li hu ma riedx jonfoq flus u ried biss ibiddel il-lentijiet. Imma s-sid wara żvela li l-Papa ġibdu f’ġenb u f’widnejh qallu biex iżommlu l-prezz li normalment iżomm għal xogħol simili.