Internazzjonali

Bosta immigranti jitħallew jaqsmu l-fruntiera bejn l-Ungerija u l-Awstrija

epa04912489 Migrants cross the Erzsebet bridge in Budapest, Hungary, 04 September 2015. Several thousand migrants left the Keleti station this afternoon heading for Germany on foot. Hundreds of migrants on 03 September rushed the platforms in Budapest after Hungarian police opened the city's Keleti station, which had been blocked to migrants since 01 September. Hungary's railway service said there were no trains headed to Western Europe for the time being. Thousands of refugees - many of whom have traveled from Africa and the Middle East in the hopes of reaching countries like Germany and Sweden - have been stranded at the station. EPA/ZOLTAN BALOGH HUNGARY OUT

Il-kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa kompliet hekk kif wara jiem ta’ tensjoni fl-Ungerija fl-aħħar żviluppi il-gvern Ungeriż pprovda lill-immigranti rregolari b’karozzi tal-linja sabiex dawn iwassluhom mal-fruntiera bejn l-Ungerija u l-Awstrija. Fil-fatt fl-aħħar siegħat bosta immigranti rregolari qasmu l-fruntiera sabiex b’hekk issa jinstabu fl-Awstrija.

Minn naħa tiegħu l-gvern Awstrijakk qal bi qbil mal-gvern Ġermaniż li kien ser iħalli lil dawn l-immigranti jaqsmu u dan minħabba s-sitwazzjoni allarmanti fl-Ungerija. Huwa mifhum li l-maġġoranza ta’ l-immigranti għandhom bħala għan aħħari li jaslu l-Ġermanja li minn naħa tagħha tinstab lesta sabiex tieħu madwar 800,000 persuna din is-sena. Il-gvernijiet tal-Awstrija u tal-Ġermanja iżda wissew li filwaqt li kienu qegħdin jilqgħu lil dawn l-immigranti kienu xorta qegħdin jistennew li l-Ungerija tirispetta l-kwota ta’ immigranti rregolari li kellha tieħu. Sistema li l-Ungerija flimkien mar-Repubblika Ċeka, l-Islovakia u l-Polonja ilhom jagħmluha ċara li huma totalment kontra.

Minn naħa tagħhom fuq wiċċ l-immigranti li kienu qegħdin jaqsmu għal ġo l-Awstrija kienet ċara għejja kbira iżda fl-istess ħin sodisfazzjon kbir għal fatt li sa fl-aħħar kienu telqu mill-ħmar il-lejl li offriet l-esperjenza fl-Ungerija.