Fi stqarrija il-Kurja ħabbret li l-Arċisqof Charles Scicluna kien ħatar Arċipriet ġdid għall-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu l-belt Valletta, kif ukoll kappillan għall-parroċċa ta’ Ħal Kirkop.
Fil-każ tal-paroċċa ta’ San Pawl Nawfrafu fil-belt Valletta il-Kanonku Dun Vincent Borg li għal dawn l-aħħar 14-il sena serva bħala Viċi Arċipriet, nħatar bħala l-Arċipriet il-ġdid.
Hu ġie ordnat saċerdot f’Lulju 1974 u beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi-kappillan fil-parroċċi ta’ Ħal Tarxien u Ħal Qormi.
Ħadem ukoll bħala għalliem fl-iskejjel ta’ Raħal Ġdid u l-Marsa, u ħadem ukoll fit-Tribunal Ekkleżjastiku.
Għal dawn l-aħħar 16-il sena serva wkoll bħala kappillan tal-komunità Franċiża.
Fil-każ ta’ Ħal Kirkop Dun Valentino Borg se jkun il-kappillan il-ġdid ta’ din il-parroċċa.
Hu ġie ordnat f’Lulju tal-1981 u beda l-ħidma pastorali tiegħi bħala viċi-kappillan f’Ħal Tarxien, u kien kappillan fil-parroċċi ta’ Ħal Għargħur, l-Imġarr u l-Imsida bejn 1995 u 2006.
Għallem ir-reliġjon fis-Seminarju u kien counsellor f’diversi skejjel tal-istat. Serva bħala Delegat tal-Arċisqof fis-Segretarjat tal-Liturġija, Ċerimonjier Djoċesan, Segretarju Amministrattiv, Direttur Nazzjonali tal-Abbatini u Direttur tad-Djar tal-Anzjani.
//= $special ?>