Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax neqsin għaxra, il-Pulizija tal-Mosta ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet serqa minn stabbiliment tal-logħob li jinsab fi Triq il-Kbira, il-Mosta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li persuna mhux magħrufa li kienet mgħammda u armata b’arma tan-nar daħlet fl-istabbiliment u talbet il-flus lill-impjegata. Fil-fatt, il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont sostanzjali ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

