IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 5 TA’ SETTEMBRU 2015
IN-NAZZJON fil-faċċata nsibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jitkellem mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Jyrki Katainen waqt laqgħa li saret il-bieraħ. Storja oħra fil-faċċata ta’ In-Nazzjon hija dwar il-konferenza stampa tal-Partit Nazzjonalista fejn fiha intqal li t-tfal, il-ġenituri u l-għalliema ser ikunu l-vittmi tal-inkompetenza tal-gvern fit-traffiku. In-Nazzjon titkellem ukoll dwar il-kummenti tal-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-uffiċċju tal-Ombudsman li ddeskriva l-qasma tal-MEPA kif proposta bħala pass kbir lura.
THE TIMES OF MALTA ukoll tirraporta din l-istorja bi prominenza fil-faċċata bit-titlu “Big step backwards”. Fil-faċċata l-istess ġurnal joffri ritratt ta’ eżerċizzju ta’ taħriġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li sar f’Għawdex fejn saret simulazzjoni ta’ terremot.
L-ORIZZONT ukoll toffri ritratt ta’ l-istess eżerċizzju li sar f’Għawdex. Fi storja oħra L-Orizzont tgħid li l-Bank Malti għall-iżvilupp ser jibda jopera’ fi ftit tax-xhur.
THE MALTA INDEPENDENT diddedika l-faċċata għal kummenti tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Jyrki Katainen dwar l-immigrazzja fejn dan saħaq li l-istatus quo mhuwiex sostennibli u l-immigrazzjoni hija kriżi dinjija li teħtieġ soluzzjoni internazzjonali. Fi storja oħra The Malta Independent titkellem dwar il-każ fejn 35 priġunier fil-faċilita korretiva ta’ Kordin sofrew minn każ ta’ food poisoning.
//= $special ?>
