L-Alternattiva Demokratika bi proposti drastiċi għat-titjib fit-trasport pubbliku. Proposti li kienu trattati f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Marsa.
L-uffiċjali tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola, Carmel Cacopardo, Ralph Cassar u Mario Mallia spjegaw il-proposti tal-Alternattiva li primarjament huma immirati biex inaqqsu n-numru ta’ karrozzi mit-toroq.
Dan għandu jsir billi jitnaqqsu l-postijiet ta’ parkeġġ, ma jsirux proġetti ta’ toroq ġodda, jitjieb bil-qawwi it-traspot pubbliku u jkunu introdotti skemi ġodda għall-użu tat-trsport pubbliku.
Fost dawn l-Alternattiva qed tipproponi li t-trasport għall-istudenti tas-sekondarja jkun b’xejn. L-Alternattiva qed jipproponu wkoll li titneħħa r-reġistrazzjoni fuq ir-roti elettriċi u li jsir pjan kif jitnaqqsu n-numru ta’ karrozzi mit-toroq.
Jirriżulta li mill-1990 sal-2015, in-numru ta’ vetturi fit-toroq Maltin żdied b’145 fil-mija. Dan, sostnew l-uffiċjali tal-Alternattiva, qed jikkaġuna mhux biss problemi ta’ traffiku iżda wkoll problemi ta’ ażma. partikolarment fost it-tfal.
L-uffiċjali tal-Alternattiva kkritikaw il-proposta li l-iskejjel jiftħu siegħa qabel biex titnaqqs il-konġestjoni tat-traffiku.
L-istudenti m’għandhomx isofri l-konsegweni ta’ sistma li ma tiffuzjonax fit-traffiku. L-Alternattva temmen li fil-verita l-iskejjel diġà qed jiftħu iktar minn siegħa qabel jibdew iżda l-problema ma ssolvietx.
Flimkien mal-proposti għal t-titjib fit-trasport, l-Alternattiva enfażizzat l-importanza tas-sigurtà fit-traspot tat-tfal u qalet li l-vetturi li nġiebu fit-tmeninijiet m’għandhomx jintużaw għat-tfal.
Quddiem is-sitwazzjoni preokkupanti tat-traffiku fit-toroq l-Alternattvia qed tinsisti għal miżuri drammitiċi għax dan hu li tirrikjedi s-sitwazzjoni.
//= $special ?>

