Lokali

L-Enemalta tissieħeb max-Shangai Electric fi proġett ta’ żvilupp ta’ wind farm f’Montenegro

L-Enemalta tissieħeb max-Shangai Electric Power biex tidħol fi proġett ta’ żvilupp ta’ wind farm f’Montenegro.

L-Enemalta għamlet il-pożizzjoni tagħha pubblika fi stqarrija li fiha qalet li dan il-proġett hu mezz kif l-Enemalta tkompli l-proċess ta’ trsformazzjoni tagħha f’operatur reġjonali.

Dan permezz ta’ sħubija max-Shangai Electric Power.

L-Enemalta qalet li ż-żewġ kumpaniji iffurmaw l-Intrnational Renewable Energy Development Ltd.

L-iskop tal-kumpanija hu li tesplora diversi proġetti ta’ enerġija sostenibbli fl-Ewropa u għandha mandat li tiżviluppa proġetti ta’ 300MW.

Il-proġett tal-windfarms f’Montenegro hu l-ewwel minn dawn il-proġetti bi żvilupp ta’ 46MW. Id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat se jsiru fix-xhur li ġejjin.