Kunsilli Lokali Lokali

Proposta sabiex Kunsill Lokali jadotta familja Sirjana refuġjata

Kienu bosta dawk li fl-aħħar jiem esprimew xokk u dieqa għat-traġedja tal-immigrazzjoni rregolari li bħalissa qegħda tolqot l-Ewropa. Traġedja li fiha huma bosta dawk li qegħdin jispiċċaw jitilfu ħajjithom fl-attentat li jiksbu futur aħjar.

Kien fl-isfond ta’ din is-sitwazzjoni traġika li l-Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Birżebbuġa Hermann Schiavone fuq Facebook ħabbar li quddiem din it-traġedja umana wieħed ma’ jistax jibqa’ passiv.

Schiavone ħabbar li kien ser iressaq proposta quddiem il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa sabiex tiġi adottata u ffinanzjata familja Sirjana refuġjata ġewwa r-raħal. Hermann Schiavone saħaq li jekk kull Kunsill Lokali jagħmel l-istess ikun qiegħed jintbħat sinjal qawwi ta’ solidarjeta’.

F’kummenti ma’ MaltaRightNow.com, Herman Schiavone kompla billi qal li din l-idea se tkompli tiġi żviluppata, anke fil-parametri tal-liġi, flimkien ma’ Kunsilliera oħrajn.

B’mod simili aktar tard matul il-ġurnata Hermann Schiavone mill-ġdid fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook spjega li ma’ kienetx l-intenzjoni tiegħu li jintefa’ piż finanzjarju fuq il-Kunsill Lokali. Spjega li ma’ kellu ebda dubju li l-kommunita’ ta’ Birżebbuġa u anke komunitajiet oħra f’pajjiżna kienu kapaċi jqumu għall-okkażjoni u jagħtu sehemhom sabiex jingħata sostenn lil familji refuġjati sakemm dawn isibu saqajhom.

Schiavone spjega kif l-inizjattiva tiegħu qanqlet bosta reazzjonijiet fostħom anke ta’ nies li offre li jaddottaw tfal fil-familji tagħhom.

hermann 6

Il-proposta ta’ Hermann Schiavone wasslet ukoll għal reazzjoni pożittiva minn bosta nies fosthom numru ta’ Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista u ta’ l-Alternattiva Demokratika li ħabbru li kienu ser jieħdu l-istess inizjattiva.

hermann 2

hermann 3

hermann 4

hermann 5