Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

RITRATTI: Organizzata clean up f’San Pawl il-Baħar

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar immexxi minn maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista is-Sibt organizza jum ta’ tindif fil-lokalita’. Il-clean up saret fi Triq il-Port Ruman, żona li l-maġġoranza Nazzjonalista ħadet azzjoni dwarha sa mill-ewwel jiem li fihom bdiet il-ħidma tagħha hekk kif fi żmien il-maġġoranza Laburista din iż-żona kienet mitluqa u mimlija skart.

Is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea saħqet li l-ghan ta’ din l-attivita’ kien l-importanza tal-indafa mhux biss ġewwa djarna imma anke barra minn djarna. Sostniet li għalhekk hu importanti li kull resident josserva r-regoli tal-indafa.

Din l-attivita’ ġiet imtella’ wara inizjattiva mir-residenti stess tal-inħawi li avvicinaw lil Kunsill sabiex tiġi organizzata din l-attivita’.

L-attivita’ tkompli l-Ħadd filgħodu fejn it-tindif ser isir matul il-kosta. Għada mistennija jingħaqdu fl-attivita’ numru ta’ għaddasa li offrew l-għajnuna tagħhom sabiex jitnaddfu żoni taħt il-baħar.

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

clean up san pawl poster