Lokali

Tibda is-Swim Aid 2015

Bħalissa qegħda ssir sfida ta’ għawm, Swim Aid 2015, minn Marsalforn Għawdex sa Tas-Sliema. Sfida bi skop nobbli.

Dalgħodu seba’ għawwiema bdew għuwma ta’ madwar 12-il siegħa, fuq distanza ta’ tletin kilometru bl-għan li jinġabru fondi għas-Silver Lining Swimming Club. L-iskop ta’ dan il-klabb hu sabiex iressaq persuni b’diżabilta’ lejn id-dixxiplina sportiva tal-għawm u għalhekk persuni b’diżabilita’ jkunu jistgħu jitgħallmu jgħumu.

Dan il-klabb diġa’ beda jaħdem ma’ numru żgħir ta’ atleti żgħażagħ b’diżabilita’. Iżda minkejja d-diżabilita’ tagħhom dawn iż-żgħażagħ huma determinati li jilħqu l-għanijiet tagħhom fid-dixxiplina sportiva tal-għum.

Iżda għalkemm dan il-klabb diġa’ beda jiffunzjona għandu bżonn l-għajnuna tal-pubbliku u hemm fejn tidħol l-isfida Swim Aid 2015.

Biex wieħed jikseb aktar informazzjoni dwar il-funzjoni tas-Silver Lining Swimming Club , wieħed jista jżur il-paġna fuq Facebook Swim Aid 2015. Fuq din il-paġna fuq Facebook hemm ukoll informazzjoni dwar kif tista’ ssir donazzjoni anke on-line.

swim aid 2