Lokali

Filmat: Żewġ kompliċi barranin jisirqu ħwejjeġ tad-ditta fil-Belt Valletta

Raġel ta’ nazzjonalita’ barranija daħal f’ħanut tad-ditta li jinsab fi Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta, minn fejn seraq numru ta’ ħwejjeġ.

Jirriżulta li l-barrani kellu kompliċi, li sakemm sieħbu għażel il-ħwejjeġ li seraq, dan tellef lill-ħaddiema tal-ħanut biex din ma tindunax b’dak li kien qed jiġri.

Iktar minn hekk jirriżulta li l-ħalliel uża metodu speċjali biex neħħa t-tags tal-ħwejjeġ bl-għan li l-alarm tal-ħanut ma jdoqqx malli dan ħareġ bil-ħwejjeġ misruqa.

Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija li qed jinvestigaw. Dan filwaqt li qed isir appell biex min għandu xi informazzjoni fuq iż-żewġ persuni jagħmel rapport, anke’ b’mod kunfidenzjali.