Lokali

Fr. Rob Galea – Qassis Malti għall-X Factor Australia

Il-qassis Malti Fr. Rob Galea, li għall-aħħar snin qed jgħix u jaqdi l-missjoni tiegħu fl-Awstralja, intagħżel bħala finalist għall-X Factor tal-Awstralja wara li għadda mill-provi li saru f’Melbourne iktar kmieni din is-sena.

Father Galea hu magħruf gaħll-kanzunetti tiegħu, bi stil pop, u jgħid li dan hu l-mod tiegħu kif juża t-talent tiegħu biex iwassal l-imħabba u t-tama madwar l-Awstralja. Saħansitra kellu kunċerti li kienu sold out.

Fl-2008 Father Galea saħansitra kanta quddiem il-Papa Benedittu XVI waqt il-World Youth Day, f’Sydney.

Ġurnali madwar l-Awstralja qed ibassru li l-qassis Malti se jisraq il-qlub tal-udjenza, u mistenni jkun wieħed mill-favoriti għall-udjenza. Imma fuq kollox il-preżenza tal-X Factor mistennija twassal biex jitkissru l-isterjotipi u toffri dawl ġdid fuq il-Knisja grazzi għal dan il-qassis magħruf għall-kariżma tiegħu.