Il-Papa Franġisku talab lill-istituzzjonijiet Kattoliċi madwar l-Ewropa biex juru ħniena mal-mewġa tar-refuġjati li qed jaslu f’pajjiżhom. Hu anki ħeġġeġ, fuq kollox, biex l-istituzzjonijiet u l-entitajiet partikolari jipprovdu kenn lil dawn in-nies iddisprati.
Meta kien qed jitkellem fl-aħħar tat-talba tal-Anġelus, f’Ruma, il-Papa awgura li “kull parroċċa, komunità reliġjuża, monasteru u santwarju (fl-Ewropa) jilqgħu familja fost dawn ir-refuġjati.”
Hu, hawnhekk, għamel aċċenn partikolari għad-djoċesi tiegħu f’Ruma, fejn tenna li ż-żewġ parroċċi fil-Vatikan, f’dawn il-jiem, se jieħdu fi ħdanhom żewġ familji ta’ refuġjati.
L-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) tikkalkula li mat-366,402 refuġjat u immigranti qasmu l-Mediterran lejn l-Ewropa, din is-sena – b’2,800 minnhom jitilfu ħajjithom jew ikunu rappurtati nieqsa.
//= $special ?>