Lokali

Jingħata bidu għas-Swieqi Fest 2015

Ingħata bidu għal edizzjoni oħra tas-Swieqi Fest hekk kif is-Sibt filgħodu bdew numru ta’ logħob għat-tfal u l-ġenituri, kif ukoll ir-residenti ta’ kull età.

Ilbieraħ filgħaxija mbaghad saret l-Acoustic Night, b’numru ta’ kantanti jdoqqu mużika acoustic waqt li llum,  dejjem fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Swieqi, mill-4 ta’ wara nofsinhar  jibda l-Family Art and Music Festival b’divertiment għat-tfal, arti għall-familja u żfin. Fost l-oħrajn se jkun hemm ukoll riċerkatur barrani ta’ talenti fil-kant.

Is-Swieqi Fest it-Tnejn ikun karatterizzat minn Music Festival li jibda fit-8.30 ta’ filgħaxija fejn jieħdu sehem il-gruppi rinomati Relik, Skarlet u Red Electric biex l-għada l-Ħadd, minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali tal-Ibraġġ jibdew il-ġirja ta’ ħames kilometri u l-mixja bl-istess distanza, kif ukoll il-fun run.Waranofsinhar issir ukoll is-Swieqi Handball Cup li ġġib fi tmiemha s-Swieqi Fest ta’ din is-sena.