Matul il-lejl li għadda persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu f’appartament fi Triq in-Nazzarenu, f’Tas-Sliema, minn fejn serqu ammont ta’ ġojjellerija u flus kotnanti. Rapport dwar dan il-każ daħal għand il-Pulizija għall-ħabta tad-21:15.
Ironikament, ftit passi bogħod minn fejn seħħet is-serqa kien hemm ammont konsiderevoli ta’ uffiċjali tal-Pulizija jidderieġu t-traffiku fi Triq it-Torri minħabba spettaklu tan-nar b’rabta mal-festa ta’ San Girgor.
Fortunatament is-sidien ma kinux fl-appartament u ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ. madankollu dak li seħħ ħalla xokk fuq is-sidien li sfaw vittmi. F’kummenti spjegaw li “għadda żmien twil sakemm l-uffiċjali tal-Pulizija waslu fil-post.”
F’messaġġ fuq Facebook, id-Deputat tal-Oppożizzjoni george Pullicino appella għal iktar rondi mill-Pulizija u staqsa jekk “30 uffiċjal tal-Pulizija biex jidderieġu t-traffiku hux il-mod ideali ta’ kif jiġu assenjati l-Pulizija,”
//= $special ?>