L-Arċisqof ta’ Canterbury, Justin Welby, wissa li r-Renju Unit għandu jasal f’punt irrevokabbli, ‘minn lat etiku u legali’ f’każ li tinbidel il-liġi dwar is-suwiċidju assistit fl-Ingilterra u Wales.
Dan meta d-deputati parlamentari Britanniċi, nhar il-Ġimgħa, għandhom jiddibattu abbozz ta’ liġi magħruf bħala ‘Assisted Dying Bill’ li jippermetti lit-tobba biex jgħinu pazjenti li qed ibatu b’marda terminali ħalli imutu, taħt ċerti ċirkostanzi.
Sadanittant, l-Arċisqof Welby qed jgħid li l-abbozz għandu jfisser li s-suwiċidju ‘qed igawdi s-sostenn attiv’ aktar milli każ fejn ħaġa bħal din tispiċċa meqjusa bħala traġedja.
Għaldaqstant, hu u mexxejja reliġjużi oħra minn denominazzjonijiet Kristjani, Lhud, Musulmani u tas-Sikh, iċċirkolaw ittra konġunta fejn ħeġġew lid-deputati biex jiċħdu għall-abbozz inkwistjoni.
//= $special ?>