Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-President tas-Socar, Rovnag Abdullayev f’Kastilja, il-Belt Valletta. Id-delegazzjoni mill-Azerbajġan tinsab Malta biex issegwi l-logħba Malta-Azerbajġan li tintlagħab illum. Rovnag Abdullayev huwa wkoll il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Football tal-Azerbajġan.
Il-Gvern fi stqarrija qal li waqt il-laqgħa ġew diskussi materji relatati mal-enerġija u b’mod partikolari s-sehem tas-Socar bħala parti mill-konsorzju Electrogas.
Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi akkumpanja lill-Prim Ministru waqt il-laqgħa.
//= $special ?>