“Ninsab fiducjuż, qalbi qawwija u moħħi mistrieħ”.
Kliem id-Deputat u Whip tal-Partit Laburista Godfrey Farrugia f’kumment fuq Facebook.
Godfrey Farrugia bħalissa jinsab Londra għall-aħħar tħejjijiet għall-intervent kirurġiku li mistenni jsir nhar it-Tlieta 15 ta’ Settembru.
Godfrey Farrugia jgħid li l-intervent li se jsir huwa wieħed delikat u kbir iżda huwa jinsab fiduċjuż.
“Iva, lil din il-marda qerrieda rrid nirbħilha” jisħaq Godfrey Farrugia.
Ix-xahar li għadda Farrugia kien żvela li wara xi testijiet mediċi li sarulu fosthom testijiet tad-demm u MRI kien irriżulta li kellu kanċer tal-prostota. Kanċer li Farrugia ddeskriva bħala wieħed aggressiv u li jeħtieġ b’mod immedjat attenzjoni medika.
Din l-aħbar wasslet għal numru kbir ta’ awguri għal fejqan ta’ malajr minn nies min kull qasam tas-soċjetà u ta’ kull fehma politika.
//= $special ?>