Il-baħar f’Saint Peter’s Pool, fl-inħawi magħrufa wkoll bħala l-Kalanka, mill-ġdid spiċċaw imniġġsa b’dak li jidher li hu għalf tal-ħut mill-fish farms fl-inħawi.
Ir-ritratti li waslu għand MaltaRightNow ittieħdu iktar kmieni dalgħodu minn għawwiema li kellhom jitilgħu mill-baħar hekk kif spiċċaw jitħammġu minn dan il-materjal li diġa’ kkawża problemi simili f’bajjiet oħra madwar Malta.
Sfortunatament dan hu biss l-iktar każ riċenti minn sensiela ta’ tniġġis fin-naħa t’isfel ta’ Malta fejn fost l-agħar milquta mit-tniġġis tal-aħħar ġimgħat hemm Birżebbuġa, fejn mhux biss kien hemm iktar ħruġ ta’ żejt imma wkoll tniġġis mill-għalf tal-ħut fil-fish farms.
//= $special ?>