Lokali

Sitt persuni arrestati wara pussess ta’ droga

Arkivji

Sitt persuni ġew arrestati fil-lejl li għadda f’inħawi differenti f’San Ġilajn wara pussess ta’ droga.

Il-Pulizija qalu li fil-lejl ta’ bejn il-5 u s-6 ta’ Settembru sar raid f’diversi partijiet f’San Ġilajn mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mis-Sezzjoni tal-Klieb fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Matul ir-raid ġew arrestati sitt irġiel li huma ta’ nazzjonalita’ Maltija, Taljana u Somala. Is-suspettati nstabu fil-pussess ta’ ammonti ta’ dik li tidher li hija raża tal-kannabis, kokaina u ecstasy.

Il-persuni qegħdin jgħinu lill-Puliizja fl investigazzjonijiet tagħha u mhux eskluż li fil jiem li ġejjin jitressqu uħud minnhom dwar pussess aggravat u traffikar tal-istess sustanzi illegali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.