Lokali

Tiżżanżan statwa ġdida tal-Bambina fin-Naxxar

In-Naxxarin jistgħu jgawdu l-istatwa ġdida ta’ Marija Bambina li lbieraħ ġiet inawgurata u żżanżnet waqt il-marċ tal-Każin tal-Banda Peace.

L-istatwa hi xogħol l-iskultur żagħżugħ mill-Mosti Shawn Saliba, li minkejja li għad għandu 30 sena, diġa’ ħadem fuq numru ta’ statwi oħra u skulturi kemm minjatura kif ukoll lifesize maħduma fil-kartapesta u t-terracotta.

Xogħol Shawn Saliba saħansitra wasal l-Awstralja fejn ħadem statwa ta’ Santa Marija, oħra ta’ Kristu Rxoxt u oħra ta’ San Ġorġ Preca għall-emigranti Maltin f’Sydney.

Din hi t-tieni statwa ġdida għan-Naxxarin hekk kif t-tieni wahda wara l-Irxoxttal-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi li ntu at għall-ewwel darba fil-purċissjoni ta’ Ħadd il-Għid.

aaron