Internazzjonali

Traġedja waqt ‘rally’ tal-karozzi fi Spanja

Talanqas sitt persuni, fosthom mara tqila, tilfu ħajjithom b’kaġun ta’ inċident traġiku li seħħ waqt rally tal-karozzi fil-provinċja ta’ Galicia. L-inċident anki ħalla madwar 20 midruba, b’uħud minnhom ikunu rappurtati f’sitwazzjoni kritika.

It-traġedja rriżultat minn ċirkostanzi li wasslu biex karozza li kienet qed tikkompeti fir-rally ta’ La Coruna toħroġ mit-triq u fejn baqgħet dieħla direttament għal fuq l-ispettaturi. L-inċident seħħ qrib il-belt ta’ Carral u l-istampa qalet li ħadd fost is- sewwieqa parteċipanti ma spiċċaw fost il-vittmi.

Min-naħa tagħha, il-Pulizija sostniet li l-karozza involuta fit-traġedja kienet għaddejja b’veloċità eċċessiva, bir-rally jispiċċa sospiż meta l-awtoritajiet ta’ Galicia jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet relatati.

Intant, il-Prim Ministru ta’ Spanja, Mariano Rajoy, daħal speċifikament fuq Twitter biex jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi tal-inċident.