Numru ta’ Żrieraq ikkuntattjaw lil dan is-sit jesprimu l-għadab tagħhom għall-mod diviżiv kif iġib ruħu s-Sindku Laburista Ignatius Farrugia fil-konfront tad-devoti tal-festa ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq li qed tiġi ċċelebrata llum.
Iż-Żrieraq li tkellmu magħna qalu li hu fatt magħruf li Farrugia hu partitarju tal-festa l-oħra taż-Żurrieq, tal-Madonna tal-Karmnu. Minkejja dan, is-Sindku m’għandux juri nuqqas ta’ rispett sfaċċat fil-konfront ta’ Żrieraq ta’ Santa Katerina.
“Wara kollox, is-Sur Farrugia hu s-Sindku taż-Żurrieq kollu, mhux tan-naħa li togħġbu biss”. Ignatius Farrugia jinsab imsiefer u mexxa grupp ta’ partitarji biex imorru vakanza fil-ġimgħa ta’ Santa Katarina. “Il-ħsieb kien ċar: li s-Sindku ma jersaqx lejn il-lokalita’ waqt il-festa tagħna” sostniet mara li qalet li tinsab imweġġa’ bl-aġir tas-Sindku.
“Mhux sew li Ministri u deputati jattendu għall-quddiesa solenni u l-festa ta’ Santa Katerina filwaqt li s-Sindku tagħna lanqas biss jersaq ‘l hawn”, kompla resident ieħor.
RITRATT: Brandon Bonett
//= $special ?>