Iz-zona tal-White Rocks f’Baħar iċ-Ċagħaq ilha madwar xahar kontaminata b’drenaġġ li qed iwassal biex il-pubbliku ma jistax igawdi l-baħar tal-inħawi. Magħna tkellmet persuna li kienet tmur tgħum f’din iż-żona ta’ spiss.
Filfatt, hu dan il-punt l-aktar li qed idejjaq lill-għawwiema, li ta’ spiss kienu jmorru jgħumu f’din il-bajja, li hija wkoll dog-friendly.
Kemm-il darba sar kuntatt mal-awtoritajiet, li madanakollu, ma jagħtux risposta ta’ x’qed isir biex tkun risolta s-sitwazzjoni.
L-appell ta’ din il-persuna hu li ż-żona tkun imħarsa u s-sitwazzjoni kontrollata, sabiex il-baħar f’din iż-żona jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku fil-ftit ġimgħat li fadallu s-sajf.
Filfatt, għadhom imwahhlin fil-post tabelli li jindikiaw li l-bajja hi magħluqa għall-pubbliku. Għad mhux magħruf x’inhi l-kawża ta’ dan id-drenaġġ li qed joħroġ fil-baħar ta’ din iż-żona.
//= $special ?>