Filwaqt li l-Malta Public Transport qed tgħid li t-trasport pubbliku issa sar suċċess, jibqgħu deħlin l-ilmenti ta’ numru ta’ persuni li qed jitkellmu magħna dwar l-esperjenzi tagħhom fit-trasport pubbliku.
Persuna, tispjega kif tħallew għal aktar minn ħmistax-il minuta jistennew fix-xemx mix-xufier li għazel li jabbanduna l-karozza tal-linja.
Din il-passiġġiera tgħid li tħallew jistennew fix-xemx. Dan hekk kif il-vuċi u l-iscreen li fuq il-karozzi tal-linja jindikaw il-waqfa li jmiss u d-destinazzjoni, mhumiex jaħdmu.
Dan hekk kif il-ġurnal The Malta Independent ippubblika intervista ma’ uffiċjal għoli tal-kumpanija li waqqaf il-Gvern għat-trasport pubbliku – il-Malta Public Transport – li fiha jgħid li s-sistema l-ġdida ta’ Tal-Linja issa nbidlet f’waħda ta’ suċċess.
Dan minkejja li għad hemm mijiet ta’ persuni li għadhom mingħajr Tallinja Card, u allura qed ikollhom iħallsu l-biljett ta’ żewg ewro għal vjaġġ wieħed li jista’ jdum sa’ massimu ta’ sagħtejn.
Intant, il-Gvern għadu qed iħallas miljuni ta’ ewro f’sussidji għall-kumpanija tat-trasport pubbliku, l-Autobuses de Leon.
//= $special ?>