Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ iktar kmieni dalgħodu bejn karozza tat-tip Alfa Romeo u karozza Smart fi Triq Naxxar f’San Ġwann.
L-inċident wassal għal konġestjoni kbira tat-traffiku minħabba li l-karozzi tħallew f’nofs ta’ triq sakemm issejjaħ warden fuq il-post.
L-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>