Il-Malta Dairy Products Ltd b’mod prekawzjonarju qed titlob lil dawk il-konsumaturi kollha li għandhom fil-pussess tagħhom kartuna tal-ħalib b’dawn il-batch codes:
Ħalib 2.5% xaħam 1Litru (kartuna ċelesti) b’dan il-batch code;
LZ2461500 sa LZ2461700 – Data ta` Skadenza WED 09/09
LX2461500 sa LX2461700 – Data ta` Skadenza WED 09/09
LZ2470600 sa LZ2470810 – Data ta` Skadenza WED 09/09
Ħalib Xkumat 1 Litru (kartuna ħadra) b’dan il-batch code;
LY2471010 sa LY2471320 – Data ta` Skadenza WED 09/09
LY2471321 sa LY2471520 – Data ta` Skadenza FRI 11/09
LZ2471320 sa LZ2471520 – Data ta` Skadenza FRI 11/09
biex jirritornawha lill-ħanut minn fejn ġiet mixtrija, sabiex jingħataw kartuna ħalib oħra.
Dan qed isir wara li l-kumpanija wettqet bosta investigazzjonijiet b’riżultat li ġiet identifikata togħma partikolari li hi oġġezzjonabbli għall-pubbliku fil-fornitura tal-ħalib ta’ produttur partikulari.
Minn bosta testijiet fuq il-ħalib ta’ dan il-produttur rriżulta li ma fih xejn li huwa ta` riskju għas-saħħa tal-bniedem.
Il-Malta Dairy Products tiskuża ruħha għall-kwalunkwe inkonvenjent li seta’ inħoloq waqt li għal darba oħra isserraħ ras il-pubbliku ġenerali li l-ħalib ma fih xejn li jista’ jkun ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem
//= $special ?>