Mhux proġett ta’ triq ġdid li taqsam pajjiż jew il-pavimenttar tal-Imdina inkella xi pjazza bħal dik ta’ quddiem il-parlament iżda sempliċi proġett ta’ pavimentar taz-zuntier tal-knisja tal-Isla. Il-festa waslet iżda l-proġett baqa’ ma tlestiex.
Dak li kien proġettat bħala l-inawgurazzjoni taż-żuntier il-ġdid mill-gvern tal-knisja ta’ Marija Bambina fl-Isla fir-realta’ kien biss l-inawgurazzjoni ta’ nofs zuntier għaliex iż-żewġt iġnub taż-żuntier tal-knisja tal-Bambina għadhom fi stat ta’ kostruzzjoni.
Kien il-Ministru tat-Traspot Joe Mizzi li propju fl-aħħar ġranet ħa sehem f’ċerimonja fl-Isla fejn qal li kien qed jinawgura l-proġett taz-zuntier tal-knisja. Ta l-impressjoni li kollox lest. Min ma marx l-Isla hekk ħaseb.
Għalhekk saret iċ-ċerimonja bl-iskop li tagħti l-impressjoni li l-gvern kien lesta l-proġett taz-zuntier. Tant hu hekk li stqarrija tad-dipartiment tal-informazzjoni saħansitra qalet li l-gvern kien organizza anki ċerimonja tat-tberik taz-zuntier.
Mhux stabbilit jekk meta jitlesta z-zuntier kollu, il-Ministru Joe Mizzi hux se jerġa jagħmel ċerimonja oħra biex ibierek in-nofs l-ieħor taz-zuntier li għadu mhux lest.
Il-verita hi ferm il-bogħod minn dak li qal Joe Mizzi. Kull min fl-aħħar ġranet mar għall-festa tal-Bambina u s-Senglejani kollha jafu li anki fdin il-wegħda taz-zuntier, il-Ministru Joe Mizzi u l-gvern laburista ma żammewx kelmthom. Dan għaliex il-wegħda tal-Ministru Mizzi kienet li dan iz-zuntier ikun lest għall-festa tal-Bambina. Wegħda li joe Mizzi ma żammx propju mal-kostitwenti tiegħu , fid-distrett tiegħu dak tal-Isla.
Bl-iskop li jiġġustifika l-falliment li jlesti z-zuntier tal-knisja tal-isla fil-ħin għall-festa, waqt id-diskors tal-inawgurazzjoni ta’ nofs jew kwart taz-zuntier, il-Ministru Joe Mizzi qal lis-senglejani preżenti li x-xoghol kien waqa’ lura minħabba dik li hu sejjaħ ‘loġistika’.
Il-falliment biex il-Ministru tat-trasport lesta z-zuntier tal-knisja tal-Isla fil-ħin wassal għal diversi inkonvjenti fil-festa tal-bambina għall-fatt li l-pjazza tal-knisja issa hi mdawra b’ħajt tal-brikks biex jgħatti l-ġebel u oġġetti ta’ kostruzzjoni li għad hemm fuq iż-żuntier li għadu nofs leħja.
//= $special ?>