Il-Forum Unions Maltin huwa diżappuntat fil-konfront tal-gvern minħabba esklużjoni minn numru ta’ kumitati li fihom jiġu maħtura r-rappreżentanti tal-konfederazzjonijiet f’pajjiżna.
Eżempju ta’ dan hi l-aħħar deċiżjoni tal-Gvern li jeskludi lill-Forum mill-European Economic and Social Committee. Kumitat ieħor li l-Forum huwa eskluż minnu huwa l-kumitat li jitratta s-sahha u s-sigurtà li jaqa’ taħt l-OHSA kif ukoll l-esklużjoni mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fejn l-unika federazzjoni li ma tagħmilx parti minn dan il-kumitat huwa l-Forum Unions Maltin.
Ghalhekk il-Forum Unions Maltin qed jitlob sabiex b’mod urġenti l-Prim Ministru Joseph Muscat jagġmel laqgġa mal-Forum biex jispjegalhom gġhalfejn il-forum hu eskluż minn numru ta’ kumitati rappreżentattivi.
It-tnax il-union li jiffurmaw il-Forum Unions Maltin jirrappreżentaw il-professjonisti li jaqdu d-doveri tagħhom fis-settur tal-edukazzjoni, is-saħħa, l-Air Malta, l-enerġija, il-finanzi, u l-Awtorità tal-Ippjanar fost setturi oħra. Għalhekk il-Forum ma jistax jifhem kif il-Gvern qed jimxi b’dan il-mod ma’ dawn il-professjonisti li jagħtu kontribut siewi lis-soċjetà f’pajjiżna.
Fi stqarrija l-Forum Unions Maltin qalet li ma jistax jaċċetta aktar din is-sitwazzjoni u għalhekk qed jitlob laqgħha urġenti mall-Prim Ministru sabiex tiġgi diskussa din l-esklużjoni u tinstab soluzzjoni għaliha.
//= $special ?>