Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella llum reġa’ lura għall-impenji tiegħu fil-Ministeru, wara li kien rikoverat għal ftit ġimgħat minħabba l-intervent kardijaku li għamel fl-Isptar Mater Dei.
L-ewwel impenn tal-Ministru Vella kien laqgħa mal-Gran Kanċillier u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ordni Sovrana Militari tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ta’ Rodi, Ġerusalemm u Malta, Albrecht Freiherr von Boeselager.
Matul il-laqgħa huma ddiskutew suġġetti ta’ interess għaż-żewġ naħat, anki fl-isfond taċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru bħalissa f’pajjiżna tal-450 anniversarju mill-Assedju l-Kbir.
//= $special ?>