Għal darb’oħra, il-Prim Ministru Joseph Muscat jiltaqa’ ma’ uffiċjali ta’ entita’ mill-Azerbajġan mingħajr il-preżenza tal-media u mingħajr ma jinforma minn qabel lill-pubbliku u lill-media.
Fejn is-soltu l-Prim Ministru u l-ministri tal-gvern ma jitilfux okkażjoni waħda biex jindirizzaw lill-media partikoalrment dwar l-enerġija, għal din il-laqgħa kienet adottata strateġija differenti. L-istrateġija tas-silenzju.
Kien nhar il-Ħadd li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa f’Kastilja mal-President tal-kumpanija Socar; il-kumpanija mill-Ażerbajġan li hi involuta fil-bini tal-power station il-ġdida.
Kuntrarajament għal dak li jsir kull darba li l-Prim Ministru jew uffiċjali u Ministri tal-gvern ikollhom laqgħat ma’ uffiċjali jew Ministri barranin, dwar din il-laqgħa ma’ ngħatat l-ebda informazzjoni minn qabel u kienet biss stqarrija tal-gvern akkumpanjata minn ritratt li tat l-informzjzoni lill-poplu li l-laqgħa kienet seħħet.
Il-laqgħa tal-Prim Ministru Muscat f’Kastilja saret mal-Presient tal-kumpanija Socar Rovnag Abdullayev, li hu wkoll il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Azera. Propju l-Ħadd Malta lagħbet kontra l-Azerbajġan f’logħba kompetittiva valida għall-EURO 2016 u għalhekk il-President ta’ Socar kien Malta jakkumpanja lit-tim nazzjonali tal-Azerbajgan.
Mill-istqarrija bażika li l-gvern bagħat dwar din il-laqgha jirriżulta li din saret propju qabel Abdullayev mar Ta Qali għal-logħba Malta Ażerbajġan.
Fl-istqarrija tal-gvern tħabbar ukoll waqt il-laqgħa kienu diskussi suġġetti ta’ importanza nazzjonali, fosthom l-enerġija partikolarment is-sehem tas-Socar bħala parti mill-konsorjzu Electrogas. Jirriżulta wkoll li għal din il-laqgħa kien hemm preżenti l-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi.
Il-kumpanija Socar u l-Ministru Konrad Mizzi kienu f’nofs kontroversja ftit ilu meta l-Ministru Mizzi ta ordni ministerjali biex jinxtara fuel propju mingħand is-Socar. Din id-decizjoni ministerjali gabet kritika qawwija mill-oppozizzjoni bil-ministru mizzi jiddefendi l-pożizzjoni tieghu u jiddikjara li hu kien lest jerġa jieħu l-istess deċizjoni.
Permezz tad-deċizjoni ministerjali tiegħu, l-Enemalta tilfet 14-il miljun ewro wara li għamlet hedging mal-kumpanija tal-Gvern tal-Ażerbajġana Socar. Decizjoni li ġabet krtitka fl-opinjoni pubblika…..u l-laqgħat fil-magħluq mal-ogħla rappreżentanti tal-gvern tal-Ażerbajġan ikomplu jitfgħu dell negattiv fuq ir-relazzjonijiet bejn il-Gvern Laburista u l-gvern tal-Ażerbajġan.
//= $special ?>