Lokali

Tnaqqis ta’ 2% fil-produzzjoni industrijali

F’Lulju li għadda kien hemm tnaqqis ta’ tnejn fil-mija fil-produzzjoni industrijali fuq ix-xahar ta’ qabel.

Dan kien stabbilit minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li qal li t-tnaqqis kien reġistrat fi prodotti intermedjarji, fi prodotti tal-konsumatur u fi prodotti kapitali.

L-uniku żieda li kien hemm kienu fi prodotti relatati mal-energija.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kkompara wkoll Lulju mal-istess xahar tas-sena li għaddiet fejn jirriżulta li l-indiċi tal-produzzjoni industrijali għall-granet tax-xoghol tela’ b’7.1 fil-mija.

Dan kien l-aktar riżultat ta’ żieda fIl-produzzjoni ta’ prodotti tal-konsumatur, prodotti kapitali u prodotti relatati mal-enerġija. Fl-istess perjodu kien reġistrat tnaqqis fil-produzzjoni ta’ prodotti intermedarji.