Internazzjonali

Ajruplani Torok jattakkaw bażijiet tal-PKK fl-Iraq

Ajruplani tal-gwerra tat-Turkija, dalgħodu, wettqu sensiela ta’ attakki fuq il-bażijiet tar-ribelli Kurdi tal-grupp PKK fit-Tramuntana tal-Iraq. L-azzjoni segwiet attakk qattiel minn dawn ir-ribelli fuq qawwiet tas-sigurtà Torok, lejn ix-xlokk tat-Turkija.

Għexieren ta’ fighter-jets Torok ħadu sehem f’din l-azzjoni kontra l-PKK, bil-bumbardamenti tal-bażijiet tar-ribelli jdumu s-sigħat. Dan wara li l-Prim Ministru tat-Turkija, Ahmet Davutoglu, wiegħed li jelmina l-fortizzi tar-ribelli Kurdi wara li l-ġellieda tal-PKK, nhar il-Ħadd, qatlu mas-16 il-suldat Tork f’Hakkari.

Sadanittant, inqatlu wkoll 12 il-pulizija Torok fi splużjoni ta’ bomba. L-inċident seħħ meta s-suldati kienu qed jivvjaġġaw b’vettura fir-reġjun ta’ Igdir, fit-Turkija, u qed jingħad li d-dmija kienet dovuta għall-istess ribelli tal-PKK.

Fl-aħħar żviluppi, il-qawwiet tal-art Torok infiltraw l-artijiet tal-Iraq biex jippersistu wara l-militanti Kurdi. Din hi l-ewwel azzjoni tipika mindu, sentejn ilu, kien tħabbar ftehim għal waqfien mill-ġlied (illum xolt) bejn it-Turkija u l-PKK. Uffiċjali f’Ankara qalu li din hi ‘miżura għal qasir żmien’ li tinkwadra fil-kampanja attwali kontra r-ribelli Kurdi f’dik iz-zona