L-importazzjoni miċ-Ċina naqset b’14.3 fil-mija għax-xahar ta’ Awwissu minn dik irreġistrata sena ilu. Sadanittant, l-esportazzjoni minn dan il-pajjiż naqset b’6.1 fil-mija, dejjem skont l-aħħar ċifri għal Awwissu.
It-tnaqqis qed jitqies f’termini ddominati bil-munita yuan, bil-waqgħa sostanzjali fil-valur tal-importazzjoni tirrifletti t-tnaqqis fil-prezz tal-kommoditajiet madwar id-dinja — b’mod partikolari, iż-żejt mhux irraffinat.
Iċ-ċifri jfissru li s-surplus kummerċjali taċ-Ċina kiber minn kważi 40 fil-mija mix-xahar preċedenti għall-ekwivalenti ta’ 37.7 biljun Sterlina. Dan meta l-kalkoli inkwistjoni qegħdin isiru minn xahar għal ieħor.
Iċ-Ċina, fl-aħħar ġimgħat, irrevediet l-iżvilupp ekonomiku tagħha għall-2014 minn 7.4 fil-mija għal 7.3 fil-mija u li hi l-anqas rata għal dawn l-aħħar 25 sena.
Sadanittant, it-tnaqqis fiċ-ċifri tal-esportazzjoni u l-importazzjoni kienu mistennija peress li l-ekonomija taċ-Ċina bdiet taqta’ lura. Fl-istess ħin, l-analisti qalu li t-tnaqqis fl-importazzjoni hu jerġa akbar milli kien imbassar oriġinarjament.
//= $special ?>