Ir-Renju Unit ‘m’għandux jaħsibha darbtejn’ biex imexxi attakki oħra bid-drones fis-Sirja, bl-iskop li jelimina aġir u kumplotti terroristiċi.
Dan qalu s-Segretarju tad-Difiża Britanniku, Michael Fallon, wara li ntużaw id-drones (inġenji li jitmexxew bir-remote control) tar-Royal Air Force biex joqtlu żewġ militanti Britanniċi mal-ISIS fil-belt Sirjana ta’ Raqqa.
Fallon fisser l-azzjoni bħala ‘waħda ta’ difiża leġittima’ u wissa dwar ‘terroristi oħra involuti f’kumplotti li jistgħu jitwettqu fi prattika fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin’.
Il-militanti maqtula f’dan il-każ kienu identifikati bħala Reyaad Khan, li twieled f’Cardiff u Ruhul Amin, minn Aberdeen, fl-Iskozja. Il-qtil ta’ Khan, li seħħ fil-21 ta’ Awwissu, kien żvelat nhar it-Tnejn mill-Prim Ministru David Cameron. L-attakk li qatlu kien l-ewwel wieħed speċifiku minn drone fuq ċittadin tar-Renju Unit u l-Ministri Britanniċi, fil-preżent, qegħdin jiffaċċjaw il-mistoqsijiet rigward l-azzjoni.
Sadanittant, Fallon spjega li ‘ma kienx hemm mod ieħor kif iwaqqfu l-intenzjonijiet ta’ Khan’, bil-Prim Ministru Cameron isostni li l-militanti maqtul ‘kien qed jippjana attakki barbari fuq xi avvenimenti ta’ kommemorazzjoni pubblika fir-Renju Unit’.
Is-Segretarju tad-Difiża Britanniku ma kkonfermax li r-Renju Unit għandu ‘hit list’ ta’ terroristi li jridu jkunu elminati. Madankollu hu wissa li fis-Sirja hemm numru kbir ta’ individwi, li m’humiex kollha Britanniċi, li huma involuti b’mod attiv fl-ippjanar ta’ attakki fuq ir-Renju Unit u l-interessi tiegħu.
//= $special ?>