Il-Pulizija fl-Afganistan qed jinvestigaw każ fejn hu suspettat li mijiet ta’ bniet tal-iskola spiċċaw ivvelenati fil-provinżja ta’ Herat.
Madwar 600 student minn skejjel differenti kellhom jittieħdu l-isptar, fl-aħħar ġimgħatejn, wara li batew minn sturdament, qtugħ tan-nifs u uġigħ f’diversi partijiet ta’ ġisimhom. Filwaqt li m’hemm l-ebda konferma tal-kaġun jew ta x’seta’ wassal għal dawn is-sintomi, l-uffiċjali Afgani jemmnu li l-bniet setgħu belgħu xi tip ta’ gass velenuż.
Ħadd ma miet minn fost il-bniet affettwati, b’ħafna minnhom jintbagħtu lura d-dar mill-isptar wara t-trattament u ċ-check-ups dovuti.
L-ebda grupp armat ma assuma responsabbiltà għal dan is-suspettat każ ta’ ivvelenar.
//= $special ?>