Membri tal-Explosive Ordnance Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu kellhom jissejjħu sabiex jassistu f’każ suspettat ta’ splussiv li seta’ tħalla fl-Imdina.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11a.m. meta xi persuni innutaw pakkett suspettuż mitluq waħdu biswit il-Katidral tal-Imdina.
Il-Pulizija kif ukoll membri tel-EOD tal-Forzi Armati issejjħu fuq il-post.
Fortunatament irriżulta li ma kien hemm ebda periklu.
//= $special ?>