Aktar dgħajjes bl-immigranti għadhom qed jaslu fuq il-gżira Griega ta’ Lesbos fejn in-nies tal-lokal mhumiex ilaħħqu mal-influss kontinwu ta’ persuni bil-baħar. Huwa stmat li mal-4,000 immigrant irregolari qed jaslu f’Lesbos kuljum.
S’issa madwar 17,000 ġew trasferiti lejn iċ-ċentru tal-Greċja, filwaqt li grawnd tal-futbol inbidel f’ċentru tar-refuġjati.
“L-aħħar tliet ijiem kienu orrur għalina”, sostnew ir-residenti ta’ Lesbos.
Ħafna minn dawn l-immigranti huma familji li qed jaħarbu l-kunflitt fis-Sirja. Il-maġġoranza tagħhom qed jitilqu b’mod regolari mit-Turkija lejn il-Greċja, sabiex b’hekk ikunu daħlu f’pajjiż tal-UE.
//= $special ?>