It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-UĦM xhur ilu kitbet uffiċjalment lill-management
tal-Autobuses de Leon li mhux se taċċetta li l-ħinijiet tad-duties tal-ħaddiema jinbidlu mingħajr konsultazzjoni mal-ħaddiema u jekk dawn ikunu ta’ detriment għalihom.
Jirriżulta li għalkemm jidher li union oħra diġà aċċettat dawn id-duties, dawn qed ikunu rifjutati mill-ħaddiema tal-MPT. Skont informazzjoni li ngħatat lil din il-union il-ħaddiema ma ġewx ikkonsultati qabel ma kien hemm deċiżjoni finali dwar dawn id-duties.
Intant, it-Taqsima Port u Trasport, wara deċiżjoni li kienet diġa’ ttieħdet mal-kumitat
ta’ azzjoni li jirrappreżenta lill-ħaddiema tal-Malta Public Transport – Autobuses de Leon – kienet infurmat lill-kumpannija li jekk din tintroduċi dawn il-ħinijiet ġodda, il-UĦM se tkun lesta tieħu azzjonijiet industrijali immedjati.
Dan sabiex tappoġġja r-rieda tal-ħaddiema u saħansitra tappoġġja lill-GWU jekk ikun meħtieġ għall-ġid tal-ħaddiema.
//= $special ?>